Monday, January 11, 2010

L-aqwa li nkunu bhalhom...



Il-bierah fil-gurnal The Times kien hemm ippublikata storja dwar id-donazzajoni li l-Partit Laburista ta lill-Istrina bl-isem : Labour pays a high price for gigantic L-Istrina cheque (http://www.timesofmalta.com/articles/view/20100110/local/labour-pays-a-high-price-for-gigantic-l-istrina-cheque).

F'dan l-artiklu ssemmiet ukoll s-suppost donazzjoni li l-mara tal-Leader, Michelle tat lil President Goerge Abela dakinhar tal-Maratona li organizza l-President. L-artiklu isemmi li hekk kif il-Prim Ministru ta donazzjoni mill-Good Causes Fund u hekk kif il-mara tal-leader Michelle, indunat illi hi ma kienetx ser tipprezenta xejn...malajr malajr qabdet lil xi hadd igibilha envelope biex tkun taparsi tat xi haga lil-President.

Kif qrajt dan l-artiklu malajr ftakart f'ritratt pubblikat li kont rajt ta' Michelle tati s-suppost donazzjoni lil President. Fir-ritratt tidher Michelle taghti l-envelope, bl-arma ta' Malta lil President minghajr ma l-envelope u ssigillat.

Dan juri f'liema stat wasalna! Li l-mara tal-Leader tasal tmur ghal xi haga li hi intiza biex tigbor flus ghal karita u tmur biss biex tidher quddiem il-cameras u ma tindenjax ruha tahseb kif tista tikkontribwixxi ghall-ghan tal-attivita stess hija kbira. Mhux hekk l-aqwa li nitbissmu quddiem il-cameras.

Imbaghad meta taqra x'gara dakinhar tal-Istrina nkompli nikkonferma f'liema stat tal-biki qeghdin. L-Artiklu jghid illi l-Leader Joseph Muscat mar fuq l-Istrina b'donazzjoni ta' elf ewro u kif ra li l-Partit Nazzjonalista ghall-Istrina kien ser jaghti 2,000 ewro, il-Leader idecieda li minflok l-1,000 jaghti 2,000, ghax l-aqwa li nkunu bhalhom.

F'dan l-istat gejna. Kollox ghal ghajn in-nies. Anke fuq avveniment illi suppost jaghqqad lil poplu Malti ! Nisthi f'lokhom

No comments:

Post a Comment