Tuesday, December 1, 2009

Is-silga bdiet iddub !?


Ilni ftit ma nikteb. Dan l-ahhar qadt pass lura milli nikkritika fil-miftuh. Min jghidlek haga u min jghidlek ohra, biex jipperswadini nieqaf. Jien parir niehdu u nipprova nifhem, imma nahseb illi ma tantx hemm x'wiehed jifhem.

Minn mindu fil-Partit dahlu nies li qed jithallsu l-eluf biex jaghtu l-pariri, flok morna l'quddiem, qbadna t-triq tan-nizla. Dan mhux jien qed nghidu, bhalissa l-kelma fuq fomm il-laburist hija li s-silga bdiet iddub. Fil-leader, li hafna Laburisti kienu qed jaraw fih xi tip ta tama ukoll qed jiddubitaw. Id-diska qisha qed tinbidel.

Illum, it-Times ghamlet editorjal,(http://www.timesofmalta.com/articles/view/20091201/opinion/editorial) li ta min jghid li mhux l-ewwel wiehed f'dan l-ahhar zmien, fejn tiddubita minn Joseph Muscat. Jkun min jghidli t-Times qed tikkwota. Iva, jien nghid it-times li llum ghandha kredibilta u influenti hafna ma dawk illi suppost ghandna lil Marisa Micallef Leyson biex tigbidhom.
Joseph Muscat qed ikun deskritt bhala superficjali. Ikolli naqbel. Joseph Muscat qed jahseb illi l-elezzjoni tirbahhom billi, tilbes ingravata blu, taghmel konferenza stampa minghajr ma jkun hemm imkien Partit Laburista (qed nghid ghal dik ta' wara r-risposta tieghu) u jaghlaq l-iktar diskors importanti ta' Kap tal-Oppozizzjoni, b'ghajta mhux tieghu. - Is-Sewwa jirbah zgur.


Il-Hadd li ghadda kont il-Kazin Laburista fejn inkun spiss. Kulhadd jitkellem dwar li l-Leader ma tkellimx fil-Parlament fl-ahhar tad-diskorsi tal-Budget fil-Parlament. Kien hemm min jipprova jiggustifika. Hafna bhali qablu li r-raguni hi, ghax dak il-hin ma kienx ser ikun fuq it-television jew ghax ma kellhux diskors lest miktub. Kien hemm min qal, illi anke waqt ir-risposta tieghu ghal budget, kien evidenti li d-diskors li qara ma kienx tieghu, ghax ghajnejh ma qalahomx minn fuq il-karti, qrah kelma b'kelma.
Il-Leader mhux jaghti kas tal-Laburist, qed jaghti kas minn min mal-Laburist qatt ma hassu komdu, kien idharrsu. Dawk il-pariri jidher li mhux qed jahdmu. Ejjew naraw x'ser naghmlu qabel ma jkun tard wisq !

No comments:

Post a Comment