Wednesday, January 13, 2010

Laghbna !!!!


Dak li thabbar illum ma jistax jghaddi qisu mhu xejn. X’jigifieri il-leader jiddeciedi li jnehhi l-kariga ta’ Segretarju Generali. Fejn fil-Programm tieghu tal-Elezzjoni ta’ Mexxej kien hemm illi ser inehhi l-Kariga ta’ Segretarju Generali.

Din hija loghba tal-leader. L-ewwel nehha lil Jason Micallef minn Segretarju Generali, li kien elett mill-Konferenza Generali tal-Partit u issa qed inehhi l-Kariga biex il-Partit ikun taht il-kontroll tieghu. Nahseb qed jippretendi li hu, il-Partit.

Ghal Leader kulhadd 'disposable' - juzak u jarmik. L-ewwel uza lil Jason Micallef biex ipoggi l-magna tal-Partit tahdem biex hu jsir leader imbaghad heles minnhu. Imbaghad uza d-delegati, li kellhu bzonnhom biex isir leader u ghax wasal fejn ried, ser inehhi s-sahha li d-delegati jaghzlu l-min imexxi l-magna tal-Partit.

Jien nistaqsi ghaliex dan kollhu ? Is-Segretarju Generali tal-Partit qed jara zejjed ? Il-Konsulenta Marisa Micallef Leyson u l-paga ta’ € 40,000 li qed tithallas minnha, dik mhux zejda ? Jew issa qed naghmlu s-somom u m’ghadniex biex inhallsu paga ohra ? Ic-CEO mhux zejjed ?

Din tal-Leader hija loghba perikoluza. Qed jibghat messagg n-nies disposable !

Veru missejna l-qiegh ! Joseph Muscat laghbna...

No comments:

Post a Comment