Monday, October 26, 2009

Ghadna Leader li veru jaf jadatta...!.


Il-bierah mort id-dimostrazzjoni li l-Partit organizza f'Haz Zabbar. Hadt gost hafna nara li minkejja kien hemm min qed jaghmel hafna pressjoni biex min jigi d-dimostrazzjoni ma jgibx bnadar tal-partit u ma jilbisx l-ahmar, il-maggoranza l-kbira tan-nies li kien hemm f'Haz Zabbar ma tawx kaz !

Il-Partit jahraqni, ghamel minn kollox biex fuq quddiem jidhrux bnadar tal-Partit. Kien jidher evidenti li l-bnadar li kien hemm ta' Malta u tal-Ewropa qassamhom il-partit.

Fit-tlieta u nofs kien kulhadd qed jistenna lil leader jasal. Dam ftit ma tfacca. Kien hemm partit shih jistennih. Ghal xi l-erbgha neqsin ghaxra il-karozza tal-leader tfaccat.

Il-leader kien qed isuq b'Michelle hdejh u s-security tal-leader bil-qieghda wara. Bejn u bejn ruhi ghidt ara veru ghandna leader jaf jadatta.

Meta mar l-opra mal-benestant mar bid-driver, mal-folla tal-haddiema, il-leader saq hu !

Saturday, October 24, 2009

M'ghandniex ghalfejn nisthu nuru min ahna !!!


Ghada l-Partit qed jorganizza dimostrazzjoni gewwa Haz Zabbar.

Qed iddejjaqni d-direttiva li qed tinghata bil-fomm biex ghada ma jkunx hemm bahar ahmar u bahar ta' bnadar tal-partit ghax dak idarras.

Ma nafx ghalfejn qed inhallu lil min jipprova jgieghlna nisthu nuru min ahna. L-ahmar u t-torca huma l-kulur u l-identita' tal-Partit taghna. Sa min meta twaqqaf u fi zmien glorjuzi tieghu il-partit dejjem xejjer it-torca taqbad bhall-fjamma fil-qalb tal-haddiema.

L-appell tieghi lil Laburisti ghal ghada hu, li nkunu hemm bit-torca bhala t-tarka tal-haddiema. Min mhux maghna, imma gej id-dimostrazzjoni jilbes u jxejjer li jrid. Imma ahna l-laburisti m'ghandniex min xhiex nisthu ! Dik hi l-identita taghna !

Min it-torca u l-ahmar ma joghgbuhx, missu baqa fejn kien jew jiehu pacenzja u jikkuntenta bl-40,000 ewro fis-sena li nahseb li huma raguni valida hafna biex jibda joghgbuh (Marisa please note !)



Tuesday, October 13, 2009

Ma tarax li mhux ser jithallat !!!


Is-Sibt li ghadda kont sejjer lejn Ghawdex, kif tlajt fuq il-vapur smajt wahda mara li qalet li hawn 'il-leader' fuq il-vapur. Din il-mara kellha ragun, fuq il-vapur kien hemm Joseph Muscat.

Ghal din il-mara kienet ser tkun okkazjoni biex tiltaqa mieghu, forsi biex tghidlu xi haga, jew biex kemm tkellmu. Imma ma tarax li l-leader ser jithallat ma nies komuni bhalna. Ma tarax li l-leader ser jiehu cafe fit-tazza u fuq siggu tal-plastik.

Qed nghid hekk, ghax kuntrarju kif jaghmlu politici ohra u juzaw vjagg minn Malta u Ghawdex biex jiltaqghu ma n-nies, il-leader eccezzjoni. Il-leader tul il-vjagg baqa fil-karozza fil-garaxx tal-vapur flimkien ma Michelle u d-driver.

Il-leader, smajt li telgha Ghawdex biex mar jara Opra fit-teatru Astra, okkazjoni li mhux ha jitlef biex jiltaqa mal-benestant u dawk li hu jsejjhilhom il-middleclass. Mieghu ha lil Toni u lil Anglu. Trid tarah diehel wara li waqqfu x-xufier !

Ghax issa l-Labour hekk irid igibu ! jinsa l-haddiem, jinsa n-nies li dejjem sabu kenn fil-Partit Laburista.

Monday, October 5, 2009

Musical Chairs....


Il-Partit Laburista bhalissa qisu party tat-tfal waqt il-lobgha musical chairs. Il-leader idoqq u kulhadd jigri biex ipoggi fuq is-siggu. Farsa shiha. Min gej il-Mile End u min sejjer il-Marsa. Miskin Joe Cordina, is-Segretarju Finanzjarju tal-Partit meta jasal l-ahhar tax-xahar biex ihallas il-pagi.

Stefan Zrinzo Azzopardi ga qatha qalbu. Qal illi mhux ser jikkontesta ghall-Segretarju Generali. Jaghmel sew. Min irid jidhol ghall-kariga biex imbaghad ikollok leader li jippretendi li jmexxik bhall-pupazz u jekk ma toqghodx kif irid hu jurik il-bieb.

Il-leader l-aqwa li gab maghna l-min ma nqeghdiex xi mkien iehor u qdejnieh ahna basta taparsi qed jigu n-nies maghna ghax qed nikkonvincuhom. Kieku veru Marisa Micallef Leyson giet mal-Partit Laburista mhux ghall-konvenjenza imma ghall-konvinzjoni kieku kienet tigi bxejn u mhux b'40,000 ewro fis-sena.

Ahleb Guz !!! Issa mmorru nigbru bil-ftit minghand il-hafna.