Thursday, February 4, 2010

Il-leader ried "iqabbadulha"


Bhalissa il-Partit taghna qed jorganizza konferenza generali li qed insejhulha maratona. Jien kont qed nimmagina li ser naghmlu l-iljieli niddiskutu il-politika l-gdida tal-Partit. Imma l-maratona kienet numru ta' workshops mifruxa fuq 9 t'ijiem. Xi hadd qalli li dak li l-Partit l-iehor jaghmel f'jumejn il-Partit Laburista jrid 9 t'ijiem.

Il-bierah kien imiss lid-delegati li naghmlu l-mistoqsijiet tal-leader. Ghal din is-sessjoni kellna bhala moderatur lil Miriam Dalli.

Qabel ma bdiet il-laqgha, fil-hin li kienu qed jitwahhlu l-mikrofoni, il-persuna li kienet qed tipprova tqabbad il-mikrofonu mal-qmis ta' Miriam Dalli ma bediex jirnexxielu u f'dak il-hin, il-leader, Joseph Muscat instema jghid "Miriam, ma tridx nigi jien inqabbadulek ?"

Mil-laqgha komplejt nohrog b'toghma hazina meta l-leader habbar li l-arma l-gdida tal-Partit ser issir b'kompetizzjoni li mbaghad jaghzluha l-25,000 membru tal-Partit. Il-leader veru qed jittratana ta' tfal.

L-ewwel inehhilna d-dritt li naghzlu s-Segretarju Generali tal-partit imbaghad minghalih biex jaghlqilna halqna itina biex naghzlu l-arma li probabilment hi diga ddisinjata u maghzula.

Il-leader qal li ser idur l-ewropa biex jipprepara ghal Presidenza tal-EU li ser issir fl-2017. Jien qbadt nidhak kif qalha u bhali ghamlu ohrajn. Dan bis-serjeta qed jahseb li qed nihduh bis-serjeta. Iktar kont nemmnu kieku qal li ser jiehu holiday lil erba tal-qalba mill-flus li nhallsu ahna f'donazzjonijiet.

Il-maratona tkompli....