Monday, September 28, 2009

Il-Prezz tal-Lealta ?

Wara li l-bierah fil-gazzetti harget l-ahbar dwar Marisa Micallef Leyson illum is-sajjetti fl-eqqel tas-sajf komplew ifaqqghu.

Ftit tal-hin ilu thabbar li Jason Micallef irrizenja minn Segretarju Generali tal-Partit u minflok ser imexxi l-One Productions.

Dan hu l-prezz li xi hadd ikollu jhallas ghall-lealta u l-imhabba lejn il-partit. Imma fil-fond tal-qalb il-laburist, iwegga meta jara li jinqala minn postu xi hadd illi ilu jahdem u jistinka ghall-partit taghna biex minfloku jigi xi hadd illi lil partit ma jafux, jew nazzarda nghid qas ihossu parti minnhu.

Iktar twegga meta tkun taf illi dan ix-xi hadd, gie maghna, ghax hekk jaqbillu fil-mument, ghax forsi haddiehor ma tahx li ried. Issa gibniha maghna u nhallsuha l-belli liri. Min fil-partit qad thallas b’ € 40,000.

Forsi, l-kundizzjoni jew il-parir tal-konsulenta l-gdida kien propju dan. Biex naqghilghu il-musmar li kien b’sahhtu biex minflok naghmlu l-musmar dghajjef halli jitmexxa kif jaqbel lil ftit.

Imma, min ma kienx leali sall llum, jista jerga ma jkunx leali ghada.

Sunday, September 27, 2009

Fl-ahhar faqqat......

Dalghodu kif ftaht ghajenejja, qrajt l-ahbar fuq it-timesofmalta.com li - Marisa Micallef to advise Labour - issa x-xniha li kienet ilha ddur fil-kwartieri harget fil-berah. Is-sajjetta faqqet.

B'din il-hatra qed nibghatu hafna sinjali hziena lil partitarji u lill-elettorat.

Skond it-times, Marisa Micallef Leyson ser tkun qiegheda taghti l-pariri lill-Joseph Muscat, biex tghinu jikkonvinci lin-Nazzjonalisti jivvutaw Labour. JOseph Muscat f'din il-mossa wera li diga beda jaqta qalbu li dan seta jaghmlu hu. Gab l-iskart ta' haddiehor, biex minghalih tikkonvinci lil min ma kellhux iktar bzonnha.
Qed nibghatu l-messagg ukoll, illi l-laburisti m'humiex nies kapaci u allura qed induru ghal nies ohra irrispettivament min huma, minn fejn gejjien u kif jahsbuha dwarna. B'din JOseph Muscat qed juri illi sewwa jaghmlu lil Partit Laburista ma jafdawhx ghax l-anqas hu mhu qed jafda lin-niesu stess.
Din ta' Marisa Micallef Leyson, xorta ghad hemm mistoqsijiet li ghadhom mhux imwiegba, dwar kemm ser tithallas ? Jekk hux veru 40,000 ewro ? Jekk din tal-adviser hiex xi cover up ghal xi impjieg iehor fil-Partit ?


Stefan Zrinzo Azzopardi - Musical Chairs ?
Fuq il-gazzetta Illum, hemm l-ahbar ukoll dwar il-kariga ta' Segretarju Generali fil-Partit Laburista. Din hija wkoll xnieha li fil-Partit ilha ghaddejja gmiela. Donnu li JOseph Muscat irid lil Stefan Zrinzo Azzopardi biex jiehu post Jason Micallef.

Alla Hares jigri dan. Kulhadd jaf illi Stefan Zrinzo Azzopardi mhux ta' stoffa daqs Jason Micallef. Kulhadd jaf illi Joseph Muscat irid lill Zrinzo, ghax jaf illi jkun jista jmexxih bl-ispaga u jkollu l-kontroll assolut fuq il-partit.
Jien ghandi kull rispett lejn Zrinzo Azzopardi, imma b'kull rispett ukoll s-Segretarju Generali tal-Partit m'ghandux ikun haruf imma tigra li lesta tattakka l-avversarju taghna meta jkun hemm bzonn.
B'dawn l-affarijiet jigru fil-partit huma hafna li qed jaqtghu lura. Huma hafna li diga qed juru li m'humiex lesti jahdmu f'dan l-ambjent. Imbaghad hemm zgur li Joseph Muscat ikollhu problema, meta jdur biex ifittex nies leali u ma jsibx !

Thursday, September 24, 2009

Kemm ser indumu nistaportu !!!

Illum kont qed nitkellem ma erba t’ihbieb tieghi li bhali ghandhom ghal qalbhom il-partit. Dejjem konnha hemm, kemm f’mumenti sbieh u wkoll f’mumenti fejn tibda taqta qalbek, imma ghax kburin bil-partit taghna, dejjem ssahahna.

Id-diskors waqa fuq dak li qed jigri fil-Partit Laburista bhalissa, dwar x’qed jinhema minn taht f’dak il-bini suppost trasparenti. Id-diskors waqa fuq il-Press Officer ‘ talk of the town ‘ li l-partit ser jimpjega mieghu b’paga li qed tissemma li ser tilhaq l-€ 40,000.

Jien fil-maratona li jmiss la ser naghti flus u l-anqas sehmi.

Hadd ma jista jifhem x’ser nihdu billi nimpjegaw mal-partit, bhala l-vuci tal-Laburist, lil Marisa Micallef Leyson. Kif tista titkellem f’isem il-Laburisti jekk f’qalbek qatt ma kellek lill-Partit. Kif tista titkellem f’isem il-Laburist jekk sa ftit zmien ilu kienet tikteb kontra l-partit, kontra l-mexxejja tal-Partit u kontra l-haddiem u n-nies li fil-Partit Laburista ssoltu kienu jsibu l-kenn.

F’dawn l-ahhar xhur, staportejna hafna affarijiet bit-tama li xi darba naslu. Staportejna li nbiddlu isem il-Partit, qisha din ser taghmel xi differenza. Staportejna li nnehhu t-torca, qisu l-passat taghna issa qed nisthuh. Issa qed nistaportu li ma nibqghux nissejhu laburisti imma progressivi. X’jonqosna ncedu ? Dak li nemmnu fih ?

Joseph Muscat kien wieghed li jaghmel terrimot, kulhadd kien fehem li dan it-terromot ser jaghmel gid u mhux ikisser il-partit.

Kemm nixtieq inregga l-arlogg lura.

Monday, September 21, 2009

Issa jmiss s-Sagrificcji ?


Il-Bierah qadt nisma fuq ir-radju l-Leader jitkellem minn San Pawl il-Bahar. Tkellem dwar li ghad jasal iz-zmien fejn anke fil-partit irridu naghmlu s-sagrifficji. Ma kienx car ghal min qed jirreferi jekk kien qed jghid ghalih, ghal xi hadd partikolari, ghad-delegati jew membri tal-Partit.

Ghalih ma nahsibx li kien qed jghid, il-leader iktar jassocja ruhu mal-benestant milli maghna l-haddiema. Din kulhadd jinnuta.

Ghal membri u partitarji ? Jien li nista nghid hu li ahna l-membri u partitarji tal-partit dejjem ghamilna u lesti nkomplu naghmlu s-sagrificcji imma issa hemm bzonn li wiehed jara ghalxiex ser ikollna naghmalu s-sagrifficji ?

Jekk il-leader qed jirreferi ghall-sagrifficcji finanzjarji biex inkunu nistghu nakkomodaw xi tnejn jew tlieta tal-qalba u nhallsuhom l-eluf kbar tal-liri qishom dawn qed jaghmlulna xi pjacir ghax gew mal-partit laburista.

Ma nafx jekk il-leader kienx qed jirreferi ghal-sagrificcji li jrid jaghmel xi hadd partikolari billi jcedi postu u jhalli lil haddiehor jidhol fejn iridu l-leader minghajr xkiel zejjed.

Il-leader ghandu habta ma jkunx car fi kliemu. Imma nahseb wasal iz-zmien li nibdew nistaqsu anke ahna minn gewwa. Ma jistax ikun li nhallu kollox jibqa ghaddej bl-ghamad quddiem ghajnejna bit-tama li xi darba naslu. Jekk ser nibqghu sejrin hekk ser naslu imma f'tarf l-irdum.

Mhux kollox ward u zghar - mhux jien biss li qed nara s-sajjetti fl-gheqqel tas-sajf. Araw x'kitbu Helena Dalli u Evarist Bartolo fuq l-orizzjont. Anke dawn qed jappellaw ghal ghaqda.

Iktar ma nahseb biex il-partit ser jitwikka u l-loghba tal-musical chairs li daqt naraw tintlghab fil-partit, aktar naqta qalbi u nirrabja.

Ma jixirqilniex hekk !

Saturday, September 19, 2009

Patri, tfilju, spirtu s-santu


Fl-ahhar granet qed tigri xniha fil-Partit illi ser jidhol xi hadd gdid bhala Press Officer. L-persuna li qed tissemma b’mod persistenti hi Marisa Micallef Leyson.

B’dawn ser nimlewh il-Partit taghna ?

Joseph Muscat qed jipprova jehles minn dawk li l-Partit veru jhoobuh, u minflok qed idahhal mas-saqajn qabda ilpup li ma nafux x’hobz jieklu, basta jithallsu l-eluf u jpapuha minn fuq darna. Iva min fuq darna, li f’kull maratona tarana ncemplu u mmorru bid-donazzjonijiet.

Bdejna b’James Piscopo, deffisnih bhala CEO ! Ghara dan qadtx rifes l-ghatba tal-kwartieri, jew f’xi kazin. Hadd ma kien jafu minn bin Adam. L-aqwa li pampalun tal-Leader. L-aqwa li hadimlu biex sar leader, u mbaghad ippremjah min jaf kemm ghandu paga !

Tajna l-aqwa programm fuq il-One TV filghodu lil John Bundy. Min jaf kemm ser iwegghu dawk il-Laburisti genwini u leali x’hin jixghelu t-televizjoni u jarawh jpappiha minn fuqna.

Issa qed nisimghu b’din, Marisa Micallef Leyson, Nazzjonalista mpestata u peress li l-Gvern Nazzjonalista remijha min jaf ghalxiex, gabarha l-Leader. Bdejt inrodd is-slaleb x’hin smajt. Mhux ta’ bxejn kulhadd bir-rawa f’halqu hekk kif semghu li l-Partit ser itiha xi € 40,000 paga fis-sena. Hallas Laburist ! Halli jkomplu jpappu !

Hemm bzonn niqfulhom, ha jkissruh partit.

Friday, September 18, 2009

Il-Partit Laburista li rridx nara jien !


Nhar il-Hadd deher artiklu fil-gazzetta Maltatoday li Joseph Muscat qed jahdem biex iqaccat lil Jason Micallef minn Segretarju Generali. L-Artiklu kien jismu ‘’Joseph Muscat has identified a contender to oust Jason Micallef ’’


Hekk kif qrajt l-artiklu hassejt rabja kbira. Kif jista’ Joseph Muscat jasal biex jahdem minn wara biex iqaccat lil xi hadd illi tant hu leali u jahdem ghal partit taghna. Kieku ma kienx ghal Jason Micallef kieku probabbli qas Joseph Muscat mhu leader tal-PL illum.

Kif nistghu ahna li dejjem hdimna ghal dan il-Partit nhallu dawn l-affarijiet ghaddejjin minghajr ma nitkellmu. Verament hekk irriduh ahna il-Partit taghna ?

Jason Micallef lill-Partit ihobbu, jaghmel minn kollox biex jarah jittrijonfa, kaz car l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li ghaddiet fejn bil-hidma ta’ Jason, li ha hsieb l-organizazzjoni tal-Kampanja Elettorali il-Partit rebah l-akbar rebha fl-istorja tieghu fejn ghadda lill-Partit Nazzjonalista b’35,000.

L-energija u rieda li ghandu Jason, ghandha ghan wiehed li jara lill-Partit taghna fil-quccata. Zgur li Jason mhux qed jaghmlu ghal gwadann personali, jew ghal xi kariga, jew ghall-flus. Jason huwa ezempju li ta’ persuna li thobb il-partit ta’ veru.

L-appogg taghna lill-Jason, issa u alla hares qatt jekk jigri dak illi qed jintqal huwa krucjali.

Ejja ma nhallux lil Partit taghna, jinhataf minn min il-Partit Laburista qatt ma kien qieghed f’qalbu u lill-Partit qed juzah.