Monday, October 26, 2009

Ghadna Leader li veru jaf jadatta...!.


Il-bierah mort id-dimostrazzjoni li l-Partit organizza f'Haz Zabbar. Hadt gost hafna nara li minkejja kien hemm min qed jaghmel hafna pressjoni biex min jigi d-dimostrazzjoni ma jgibx bnadar tal-partit u ma jilbisx l-ahmar, il-maggoranza l-kbira tan-nies li kien hemm f'Haz Zabbar ma tawx kaz !

Il-Partit jahraqni, ghamel minn kollox biex fuq quddiem jidhrux bnadar tal-Partit. Kien jidher evidenti li l-bnadar li kien hemm ta' Malta u tal-Ewropa qassamhom il-partit.

Fit-tlieta u nofs kien kulhadd qed jistenna lil leader jasal. Dam ftit ma tfacca. Kien hemm partit shih jistennih. Ghal xi l-erbgha neqsin ghaxra il-karozza tal-leader tfaccat.

Il-leader kien qed isuq b'Michelle hdejh u s-security tal-leader bil-qieghda wara. Bejn u bejn ruhi ghidt ara veru ghandna leader jaf jadatta.

Meta mar l-opra mal-benestant mar bid-driver, mal-folla tal-haddiema, il-leader saq hu !

No comments:

Post a Comment