Monday, October 5, 2009

Musical Chairs....


Il-Partit Laburista bhalissa qisu party tat-tfal waqt il-lobgha musical chairs. Il-leader idoqq u kulhadd jigri biex ipoggi fuq is-siggu. Farsa shiha. Min gej il-Mile End u min sejjer il-Marsa. Miskin Joe Cordina, is-Segretarju Finanzjarju tal-Partit meta jasal l-ahhar tax-xahar biex ihallas il-pagi.

Stefan Zrinzo Azzopardi ga qatha qalbu. Qal illi mhux ser jikkontesta ghall-Segretarju Generali. Jaghmel sew. Min irid jidhol ghall-kariga biex imbaghad ikollok leader li jippretendi li jmexxik bhall-pupazz u jekk ma toqghodx kif irid hu jurik il-bieb.

Il-leader l-aqwa li gab maghna l-min ma nqeghdiex xi mkien iehor u qdejnieh ahna basta taparsi qed jigu n-nies maghna ghax qed nikkonvincuhom. Kieku veru Marisa Micallef Leyson giet mal-Partit Laburista mhux ghall-konvenjenza imma ghall-konvinzjoni kieku kienet tigi bxejn u mhux b'40,000 ewro fis-sena.

Ahleb Guz !!! Issa mmorru nigbru bil-ftit minghand il-hafna.

No comments:

Post a Comment