
B'din il-hatra qed nibghatu hafna sinjali hziena lil partitarji u lill-elettorat.
Skond it-times, Marisa Micallef Leyson ser tkun qiegheda taghti l-pariri lill-Joseph Muscat, biex tghinu jikkonvinci lin-Nazzjonalisti jivvutaw Labour. JOseph Muscat f'din il-mossa wera li diga beda jaqta qalbu li dan seta jaghmlu hu. Gab l-iskart ta' haddiehor, biex minghalih tikkonvinci lil min ma kellhux iktar bzonnha.
Qed nibghatu l-messagg ukoll, illi l-laburisti m'humiex nies kapaci u allura qed induru ghal nies ohra irrispettivament min huma, minn fejn gejjien u kif jahsbuha dwarna. B'din JOseph Muscat qed juri illi sewwa jaghmlu lil Partit Laburista ma jafdawhx ghax l-anqas hu mhu qed jafda lin-niesu stess.
Din ta' Marisa Micallef Leyson, xorta ghad hemm mistoqsijiet li ghadhom mhux imwiegba, dwar kemm ser tithallas ? Jekk hux veru 40,000 ewro ? Jekk din tal-adviser hiex xi cover up ghal xi impjieg iehor fil-Partit ?

Stefan Zrinzo Azzopardi - Musical Chairs ?
Fuq il-gazzetta Illum, hemm l-ahbar ukoll dwar il-kariga ta' Segretarju Generali fil-Partit Laburista. Din hija wkoll xnieha li fil-Partit ilha ghaddejja gmiela. Donnu li JOseph Muscat irid lil Stefan Zrinzo Azzopardi biex jiehu post Jason Micallef.
Alla Hares jigri dan. Kulhadd jaf illi Stefan Zrinzo Azzopardi mhux ta' stoffa daqs Jason Micallef. Kulhadd jaf illi Joseph Muscat irid lill Zrinzo, ghax jaf illi jkun jista jmexxih bl-ispaga u jkollu l-kontroll assolut fuq il-partit.
Jien ghandi kull rispett lejn Zrinzo Azzopardi, imma b'kull rispett ukoll s-Segretarju Generali tal-Partit m'ghandux ikun haruf imma tigra li lesta tattakka l-avversarju taghna meta jkun hemm bzonn.
B'dawn l-affarijiet jigru fil-partit huma hafna li qed jaqtghu lura. Huma hafna li diga qed juru li m'humiex lesti jahdmu f'dan l-ambjent. Imbaghad hemm zgur li Joseph Muscat ikollhu problema, meta jdur biex ifittex nies leali u ma jsibx !
Minflok tiprova ixxekkel lill-Partit Laburista milli jahdem mhux tiftah mohhok u tinduna li l-Partit Laburista ilu 25 sena fl-oppzizjoni?
ReplyDeleteTifhem li jekk il-PL jitlef l-elezjoni li jmiss jista' jaqbad u jaghlaq il-bibien tieghu? Taf x'int tghid 30 sena bi Gvern Nazzjonalista?
Taf x'inhi l-problema.. li int u erbgha ohra mohkom biex izommu l-istatus quo, tkomplu timxu bis-suldati tal-azzar u nibqghu fejn ahna. Bil-Laburisti biss ma tirbahx. U jekk ma timmirax li jkollok Partit Laburista rebieh, ahna ghalxejn qeghdin hemm.
Issa jekk int kuntent bi Gvern Nazzjonalista f'dal-pajjiz, hekk mod iehor. Ghax jekk mhux se thalli l-partit jahdem, u jinfetah ghal dawk li qatt ma kienu membri tal-Partit Laburista, ha nkunu qed nibqghu fl-oppozizjoni ghal dejjem.